Ilma bil-gass Sparkling water

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ILMA BIL-GASS għandu żewg partijiet. (i) L-ewwel, id waħda bil-pala tħares ’l isfel tieħu forma ta’ 5 bis-swaba’ milwijin ’l isfel. Is-swaba’ jduru waqt li l-id tinżel ’l isfel u tingħalaq forma ta’ T. (ii) Imbagħad, iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kkurvata bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn jogħlew u jinżlu waħda waħda waqt li l-ponot tas-swaba’ jersqu qrib xulxin u jerġgħu jisseparaw tul ir-repetizzjoni tal-moviment.

The sign for SPARKLING WATER has two parts. (i) First, one hand takes the shape of 5 with fingers bent downwards and palm facing downwards. The fingers turn whilst the hand moves downwards and closes into a T shape. (ii) Then, both hands take the shape of curved 5 with palm facing upwards. The hands move up and down alternately whilst the fingertips move closer together and separate again throughout the repetitions of the movement.